Żabbarin b’inizjattiva biex jipproteġu lill-aktar vulnerabbli tas-soċjetà

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-kumitat ċentrali tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel qiegħed iqassam maskri b’xejn lis-soċi anzjani tas-soċjetà biex jgħinuhom f’dan il-mument hekk partikolari u biex jevitaw li dawn jixtraw xi prezzijiet għoljin. 

Bħalma tħabbar kemm-il darba, l-anzjani huma fost dawk l-aktar vulnerabbli għall-marda tal-COVID-19. Għaldaqstant, qed jintalbu biex kemm jista’ jkun jevitaw li joħorġu u meta jagħmlu dan ikun għal raġunijiet ta’ bżonn. 

Għalhekk, din l-għaqda, permezz tal-għajnuna mill-Kummissjonijiet tagħha, minn partitarji volontiera u l-ħajjata tal-għaqda stess qed iħitu dawn il-maskri biex dawk li huma s-soċi anzjani jingħataw minnhom u ma jkollhomx għalxiex jixtruhom. 

L-għaqda qiegħda tagħmel dan bħala sinjal ta’ “familja waħda” anke f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Filwaqt li diġà għandha diversi maskri lesti, l-għaqda qiegħda titlob biex min jista’ jgħin jikkuntattjaha. 

Share With: