Żejt maħruq mormi fl-Għadira ta’ San Rafflu f’Kerċem

Il-Kunsill Lokali ta’ Kerċem Għawdex ikkundanna bis-saħħa kollha att vandalu li sar minn xi ħadd li tefa’ żejt maħruq fl-ilma tal-Għadira ta’ San Rafflu. 

Il-Kunsill irringrazzja lit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili li qegħdin jipprovaw ineħħu li jistgħu. Barra hekk, talab biex jekk xi ħadd jaf min għamel dan l-att ikellem lill-Kunsill Lokali, anke b’mod anonimu.

Il-Kunsill ta’ Kerċem irringrazzja lit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili li qegħdin jipprovaw ineħħu li jistgħu.

Dwar dan il-każ ikkummenta l-Professur Alan Deidun li qal li dan hu każ ieħor ta’ sfreġju ambjentali f’Għawdex, din id-darba fuq habitat tal-ilma ħelu. Saħaq li wara l-qerda tas-siġar fid-Dwejra, issa kien imiss ix-xorti ħażina lil din l-għadira, filwaqt li sostna li bħal donnu hemm attakk ikkoordinat fuq l-ambjent naturali f’Għawdex. 

Share With: