Żewġ żgħażagħ arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ 50 pakkett ta’ droga sintetika

Żewġ żgħażagħ, ġuvni ta’ 22 sena residenti l-Ħamrun u tfajla ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, ilbieraħ filgħaxija kienu arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ droga.

Wara jiem ta’ osservazzjoni, ilbieraħ, għall-ħabta tas-7.00 p.m., il-Pulizija ċċirkondaw il-karozza li kienu fiha ż-żewġ żgħażagħ, fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.  

Minn tfittxija li saret fuq il-ġuvni instabu mal-50 pakkett suspettata droga sintetika, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti. 

Minn aktar stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żewġ żgħażagħ kienu qed joqogħdu f’kamra f’lukanda fl-istess akwati. Għaldaqstant saret tfittxija fil-kamra, fejn hemmhekk il-Pulizija sabu sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, miżien u affarijiet oħra relatati mad-droga. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: