16 fil-Qorti fuq traffikar ta’ bnedmin

Mill-2014 ‘il hawn kien hawn 16-il persuna li tressqu fil-Qorti ta’ Malta u ġew akkużati bi traffikar ta’ bnedmin.

Fl-2014 tressqu erba’ persuni, fl-2015 tnejn, fl-2016 wieħed, fl-2017 tlieta, fl-2018 ħamsa, fl-2019 wieħed u din is-sena, sat-8 ta’Ġunju, ma kien hemm ebda każ.

Fil-Qorti t’Għawdex ma kien hemm ebda persuna li tressqet akkużata b’dan ir-reat.

Kien il-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis li ta din l-informazzjoni fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.

Share With: