85 sena priġunerija għall-grupp organizzat li wettaq serqa fid-dar ta’ Demerai Gray

Grupp organizzat li wettaq serqa fid-dar tal-istilla ta’ Leicester City Demarai Gray ġie sentenzjat għal 85 sena kombinata ta’ priġunerija.

Dan il-player ġie misruq fost sensiela ta’ serq li damet għaddejja sitt xhur minn dan il-grupp.

Il-partner ta’ Gray, Emma Hickman, kienet fis-sodda flimkien mal-wild tagħhom ta’ sitt snin meta persuni b’wiċċhom mgħotti daħlu f’darhom f’Barnet Green, Worcestershire.

Il-Qorti ta’ Birmingham semgħet kif dan il-grupp kien ipparkja barra d-dar qabel daħal f’din id-dar armat bis-skieken, fejn Hickman kienet rieqda bi Gray kien ‘il bogħod minn daru fuq xogħol.

Il-prosekutur Michael Duck QC, qal li: “Hija tqajmet mill-irqad u sfat maħsuda minn persuna b’wiċċu mgħammad u li kien qed iġorr sikkina kbira sewda.

Matul is-smigħ ta’ dan il-każ, is-Sinjura Hickman, li minn dak iż-żmien marret toqgħod f’dar oħra minħabba t-terrur ta’ dan l-inċident, qalet li ġiet mitluba d-deheb u l-flus.

Fil-fatt il-ħallelin serqu l-arloġġ Rolex tagħha waqt li ħadu ċ-ċwievet tal-karozza Mercedes ta’ Gray għalkemm imbagħad sabu li din ma kinitx fir-residenza.

Eventwalment, huma ħarbu b’somma ta’ £24,000 fi flus u gojjellerija b’karozza li kienet ukoll misruqa.

L-attakk fuq id-dar ta’ Gray kien parti minn sensiela iktar wiesa’ ta’ serqiet li ra lill-Imħallef Richard Bone jiddeskrivi bħala “professjonali” l-mod kif dan il-grupp kien iwettaq is-serqiet tiegħu.

Aaron Jones ta’ 29 sena u Tyler Grenway ta’ 20 sena it-tnejn ġew misjuba ħatja flimkien ma’ persuni oħra u bejniethom se jkunu qed iservu 85 sena ta’ priġunerija.

Share With: