AĠĠORNAT: Jinqabad immigrant ieħor … il-Pulizija tkompli tfittex l-immigrant li għadu maħrub

3:10 p.m: Dan is-sit jinsab infurmat li wara tfittxija li kompliet minnufih mal-aħbar tal-ħarba, il-Pulizija rnexxielha taqbad immigrant ieħor minn fost it-tnejn li baqgħu ma nstabux. Il-Pulizija rnexxielha taqbad tlieta mill-ħames immigranti li ħarbu minn Ħal Far sa ftit minuti wara li ġriet l-aħbar. Intant il-pulizija tinsab għaddejja bit-tfittxija għall-immigrant li baqa’ maħrub.

11:00 a.m: Dan is-sit jinsab infurmat li bħalissa għaddejja tfittxija għal żewġt immigranti Afrikani fil-limiti ta’ f’Ħal Far.

Il-pulizija kkonfermat ma’ inewsmalta li ħames immigranti ħarbu mill-barracks għall-ħabta tal-11:30 a.m u għalhekk qed issir tfittxija fl-inħawi fejn inqabdu tlieta minnhom.

Uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll uffiċjali tad-detenzjoni jinsabu fuq il-post.

Aktar dettalji kif jaslulna

Share With: