AĠĠORNAT: Miċħuda talba tal-Oppożizzjoni mill-Ispeaker

L-Ispeaker Anġlu Farrugia, ma laqax it-talba tal-Oppożizzjoni Nazzjoanlista  biex il-Parlament ikun aġġornat u dan  biex jiddiskuti dak li ħareġ mill-qorti fl-aħħar sigħat dwar l-eks Kummissarju tal-Pulizija.

Fir-ruling tiegħu hu qal li l-investigazzjoni għadha fi stat bikri u għalhekk dak diskuss jista’ jippreġudika dik l-istess investigazzjoni.

“Ilna 32 xahar nistennew … għax ilni tliet minuti nitkellem” … Il-Parlament wieqaf għal ruling

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, talab li l-Parlament ikun aġġornat biex issir diskussjoni dwar dak li ntqal fil-Qorti dwar l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar  u l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.  Hu spiċċa f’battibekk mal-Ispeaker għax l-Ispeaker beda jgħidlu ma jagħmilx diskors imma jressaq il-mozzjoni. Kien hawn li l-Kap tal-Oppożizzjoni beda jgħajjat u qallu li “ilna 32 xahar nistennew, qed tarawha bi kbira għax ilni tlett minuti nitkellem”.

Intant il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia qal li “billi l-ordni permanenti 13, jipprovdi li jressaq l-aġġornament tal-Kamra biex tiddiskuti xi ħaġa urġenti, billi nhar it-Tnejn, matul il-kumpilazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xhud semmew lil Kummissarju tal-Pulizija li għadda informazzjoni.  Din il-Kamra għandha tiddiskuti l-istat prekarju li jinsab fih il-Korp tal-Pulizija u dwar ir-responsabbilità politika li għandha tinġarr mill-Prim Ministru Robert Abela u mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.

Id-Deputat Laburista Glenn Laburista, Glenn Bedingfield, qal li mhux qed naqblu mal-urġenza u hu kkwota x’kien qal l-eks Speaker Lawrence Gonzi. 

Is-seduta tal-parlament ġiet sospiża sakemm jingħata ir-ruling.

Share With: