Alfred Effiong iġedded il-kuntratt ma’ Balzan FC
Balzan laħqu ftehim mal-ex attakkant internazzjonali Malti, Alfred Effiong, biex jestendi l-esperjenza li bdiet fl-2015 ma’ dan il-club li għadu qed ifittex ir-rebħ tal-ewwel kampjonat fl-istorja tiegħu.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-president ta’ Balzan, Anton Tagliaferro qal: “Ninsabu ferħana li nħabbru li Alfred ġeddeed il-kuntratt tiegħu mal-club.”
“Matul dawn l-istaġuni, Effiong lagħab aktar minn 100 partita mal-club u skorja diversi goals importanti fosthom meta naqqax ismu fl-istorja hekk kif skorja erba’ goals u penalty fil-finali tal-FA Trophy f’Mejju tas-sena li għaddiet kontra Valletta.”
Min-naħa tiegħu Effiong qal li: “Ninsab kuntent li ġeddidt il-kuntratt tiegħi mal-club ta’ Balzan, li sar it-tieni dar tiegħi. Qed inħares ‘il quddiem li naħdem mal-coach il-ġdid Mark Miller u nagħmel l-almu tiegħi kollu biex nikkontribwixxi għat-team mill-aħjar li nista’ għall-istaġun li ġej.”
Din l-aħbar waslet wara li fl-aħħar jiem xi clubs tal-Kampjonat Premier għamlu l-offerti tagħhom lill-player, hekk kif dan kien fi tmiem il-kuntratt tiegħu.