Allegat pedofelu jaf jintbagħat 2,750 sena ħabs talli stupra tifla ta’ sitt snin aktar minn mitt darba

Allegat pedofelu li jinsab akkużat li stupra tifla ta’ sitt snin aktar minn mitt darba jaf jeħel sentenza ta’ 2,750 sena priġunerija.

David McCutcheon, ta’ 36 sena, jista’ jeħel din is-sentenza jekk jinstab ħati tal-220 akkuża miġjubin fil-konfront tiegħu.

McCutcheon kien arrestat nhar l-Erbgħa li għadda f’Oregon l-Istati Uniti qed jiffaċċja 70 kap ta’ akkuża fuq stupru, 40 kap ta’ akkuża fuq sodomija, u 110kap ta’ akkuża ta’ maltrattament kriminali. Dawn b’rabta mal-allegat abbuż tat-tifla.

Rapporti fil-midja lokali qed jgħidu li r-raġel ammetta għall-allegazzjonijiet mal-pulizija.

Fl-istat ta’ Oregon, stupru jġorr sentenza minima ta’ 25 sena, filwaqt li sodomija ġġorr sentenza minima ta’ tmien snin li tiżdied għal 25 sena jekk il-vittma tkun taħt l-età ta’ 12-il sena.

Jekk l-imħallef jiddeċiedi li r-raġel għandu jservi s-sentenza konsekuttivament, allura jaf jeħel 1,750 sena għal stupru, u elf sena oħra għal sodomija.

Il-każ mistenni li jkompli fis-16 ta’ Lulju.

Share With: