Andre Wisdom fl-istpar wara li ġie attakkat u misruq

Id-difensur ta’ Derby County, Andre Wisdom, jinsab l-isptar wara li ġie attakkat u misruq meta mar iżur qarib. Huwa mifhum li huwa ġie attakk waqt li kien ħiereġ mill-karozza. 

L-ex player ta’ 27 sena minn Liverpool, jinsab f’qagħda stabbli.

Stqarrija mill-club ta’ Derby kienet tgħid li Wisdom kien vittma ta’ attakk mhux provokat li fih l-intenzjoni kienet waħda ta’ serq. 

Dan l-attakk seħħ wara r-rebħa ta’ 2-1 fuq Reading. Huwa kien strumentali f’din ir-rebħa u l-fatt li kellu jiġri hekk hija sfortuna kbira. 

Il-club sostna li huwa jieqaf mal-familarji ta’ Wisdom u mal-player innifsu u f’isem il-partitarji jawgura lil Andre fejqan ta’ maljar. 

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.

Share With: