Andrea Belotti attirat minn Fiorentina

Torino se jippruvaw joffru kuntratt ġdid lill-attakkant tagħhom, Andrea Belotti, biex iwarrbu għal kollox l-kompetizzjoni ta’ Fiorentina li jridu jiksbu l-firma tiegħu. 

Il-Viola qed joffru kuntratt attraenti lill-player imsejjaħ “Il Gallo” li jiswa madwar €70 miljun. Minkejja kollox il-kuntratt mal-Granata jiskadi fis-sena 2022.

Għal dan l-għan, Daniele Prade li hu d-direttur sportiv ta’ Fiorentina, qed jaħdem bla heda biex jissodisfa l-ħtiġijiet tas-sid Rocco Commisso li jrid lil dan il-player akkost ta’ kollox. Minkejja kollox, Torino mhux lesti jinnegozjaw l-ebda tip ta’ trasferiment minħabba li Belotti jinsab fil-pjani tad-diriġenza tal-club.

Share With: