Angel Gomes se jħalli lil Manchester United

Il-coach, Ole Gunnar Solskjaer, stqarr li Angel Gomes jinsab viċin li jħalli lil Manchester United wara li naqas milli jilħaq ftehim rigward kuntratt ġdid.

Il-midfielder ta’ 19-il sena, li ilu jissemma’ li seta’ jingħaqad ma’ Juventus jew Chelsea, se jkun free agent minn nhar it-Tlieta u Solskjaer ikkonferma li huwa mhux se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid mar-Red Devils.

Il-manager ta’ Man Utd qal matul il-ġimgħa li għaddiet li huwa kien qed jittama li Gomes – li ġie vvutat bħala l-Aqwa Player Żagħżugħ tar-Red Devils lura fl-2017 u li ilu jitħarreġ magħhom sa minn meta kellu sitt snin – kien se jilħaq ftehim ġdid mal-club minn Old Trafford.

Iżda meta mistoqsi matul il-ġurnata tat-Tnejn, jekk Gomes, li huwa nominat għar-rebħ tal-unur tal-Golden Boy hux se jkun qed iħalli lir-Red Devils, Solskjaer wieġeb: “Biex inkun onest, għadni ma smajtx mingħandu u mill-aġent tiegħu mill-bieraħ u għalhekk jidher li għadu ma ntlaħaqx ftehim.”

Dan jirrappreżenta deċiżjoni differenti minn dik ta’ 11-il ġurnata ilu, meta Solskjaer kien qal li ftehim ġdid bejn il-club u Gomes ‘ma kienx ‘il bogħod biex jintlaħaq.’

Share With: