Antonio Conte: Ma kienx jistħoqqilna ninqalgħu

Meta kien qed jitkellem eżatt fi tmiem il-logħba mit-tieni leg tas-semi-finali tal-Coppa Italia kontra Napoli, il-coach ta’ Inter Antonio Conte qal li t-team tiegħu ma kienx ħaqqu jiġi eliminat fuq dak li għamel fiż-żewġ partiti kontra l-Partenopei.

Conte qal li żball difensiv ippermetta lil Dries Mertens jiskorja l-goal tad-draw b’dan kollu jkun determinanti biex it-team min-naħa t’isfel tal-Italja jgħaddi għall-finali kontra Juventus.

L-ex coach ta’ Chelsea u Juventus qal li Napoli lagħbu logħba difensiva u kien il-goalkeeper David Ospina li salva wiċċ il-Partenopei b’saves mill-aqwa. 

Conte faħħar il-wirja ta’ Christian Eriksen speċjalment għall-goal li għamel wara tliet minuti logħob. 

B’hekk issa Inter se jkunu qed jikkonċentraw fuq il-kampjonat tas-Serie A fejn skond Conte kollox għadu miftuħ.

Share With: