Anzjan ta’ 70 sena jsofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ vettura oħra

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. 

Illum, għall-ħabta tat-15:00, il-Pulizija ġew infurmati li seħħet ħabta fi Triq l-Imġarr , l-Imġarr u kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza tagħha u dik medika. 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti l-Imġarr u vettura tat-tip BMW misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti l-Gharghur. 

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Share With: