Anzjana ta’ 98 sena f’dar tal-anzjani fost wieħed mill-ħames każijiet rrapurtati llum

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-saħħa ntqal li waqt ir-rutina normali ta’ swabs li qed isiru bħala prekawzjoni fid-djar tal-anzjani, instab każ wieħed pożittiv fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla. Dan il-każ huwa wieħed mill-ħames każijiet pożittivi li ġew irrapurtati aktar kmieni llum.

L-anzjana ta’ 98 sena ġiet trasferita għall-Isptar St Thomas. Bħala prekawzjoni, ir-residenti u l-istaff ta’ din id-dar ġew ittestjati u qed jistennew ir-riżultat. Anzjana li kienet fil-kamra mal-każ pożittiv qed tinżamm fi kwarantina.

Sakemm ikunu magħrufa r-riżultati llum, twaqqfu ż-żjarat minn barra bħala prekawzjoni.

Share With: