ARA: Jitneħħa minn fuq titjira għax irrifjuta li jilbes il-maskra

Linja tal-ajru Amerikana neħħiet passiġġier minn fuq titjira wara li dan irrifjuta li jgħatti wiċċu bħala parti mill-proċedura ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-Covid-19.

Brandon Straka kien mitlub jilbes maskra fuq it-titjira 1263 minn New York lejn Dallas ilbieraħ. Meta dan irrifjuta huwa kien mitlub iħalli t-titjira u hu lmenta li ma kien hemm ebda liġi li titlob li l-individwu jgħatti wiċċu waqt titjira. Il-maskri ilhom jintużaw għal numru ta’ ġimgħat biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal-pandemija.

Minkejja li ma hemm l-ebda liġi li tobbligak tilbes il-maskra abbord titjiriet fl-Istati Uniti, il-biċċa l-kbira tal-linji tal-ajru bdew jagħfsu fuq din il-miżura sa minn nofs Mejju.

Share With: