ARA: “Kulħadd għandu jkun kapaċi … Anke jekk nispira persuna waħda nkun kuntent” – Neil Agius

9:30 a.m: Agius għamel il-wasala tant mistennija tiegħu ftit tal-minuti ilu. Huwa kien milqugħ minn folla ta’ nies li ċapċpitlu wara din l-isfida bil-għan li jqajjem kuxjenza ambjentali.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Agius qal li sodisfatt ħafna wara madwar sitt xhur jaħdem fis-skiet irnexxielu jagħmel din l-isfida. Ħeġġeġ lil kull min għandu x-xewqa li jagħmel xi ħaġa simili “anke jekk ma tkunx xi ħaġa kbira daqs din”. Huwa qal li anke jekk b’din l-isfida rnexxielu jispira mqar persuna waħda jkun kuntent. Qal ukoll li issa jeħtieġ li jistrieħ ftit kif ukoll jirrilassa daqsxejn.

8:30 a.m: L-attivist u l-għawwiem Neil Agius se jkun qed jasal Malta fil-ħin li ġej wara li lbieraħ beda jgħum minn Sqallija għal Malta bil-għan li jqajjem iżjed kuxjenza dwar l-ambjent, il-plastik u l-użu tiegħu.

It-total ta’ din l-għawma kienet ta’ madwar 100km u kien qed jagħmel dan bħala parti mill-kampanja ‘Wave of Change’.

Min irid ikun huwa wkoll parti mill-Wave of Change challenge jista’ jagħmel dan billi jiġbor tliet biċċiet ta’ skart minn kwalunkwe post u jtella’ r-ritratt fuq Facebook bil-hashtag #WaveofChange filwaqt li jisfida lil tliet iħbieb jew kumpaniji biex huma wkoll jipparteċipaw f’din l-isfida.

https://www.facebook.com/waveofchangemalta/
Share With: