Arsenal wara l-firma ta’ Danilo Pereira

Id-diriġenti ta’ Arsenal qed iħarsu b’interess lejn il-progress tal-midfielder difensiv ta’ Porto, Danilo Pereira. Huwa għandu 28 sena u hu ta’ nazzjonalitá Portugiża. Hu ilu ma’ Porto sa mis-sena 2015 fejn lagħab 125 partita u skorja 13-il goal. 

Pereira għad għandu kuntratt mal-club Portugiż sa Ġunju 2022 u qed jiġi segwit b’interess mill-coach ta’ Arsenal Mikel Arteta li qed jarah ideali bħala player f’nofs il-grawnd għalkemm b’mentalitá difensiva.

Proprjament il-Gunners ilhom isegwu l-passi tal-midfielder ta’ Atletico Madrid Thomas Partey iżda ma jidhirx li se tkun biċċa xogħol faċli sabiex jakkwistaw is-servizzi ta’ dan il-plejer.

Huma għalhekk daru għal Pereira li fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Parma, Aris, Roda u Maritimo.

Share With: