Atalanta bl-aktar sostituti effiċjenti tas-Serie A

Skond statistika li ħarġet dan l-aħħar, is-sostituti ta’ Inter kienu l-inqas effettivi matul dan l-istaġun s’issa fost it-timijiet li jikkompetu fis-Serie A. Daqs in-Nerazzurri hemm ukoll Spal li wkoll xejn ma kellhom sostituti li impressjonaw kull meta daħlu fl-azzjoni f’xi ħin jew ieħor tal-partita.

Fil-fatt kien Alessandro Bastoni li skorja l-uniku goal bħala sostitut tat-team min-naħa ta’ fuq tal-Italja meta daħal fil-ground u sab ix-xibka fid-draw diżappuntanti ta’ 1-1 kontra Lecce. Il-bqija kull min daħħal il-coach Antonio Conte ma rnexxielux jsib ix-xibka.

Mill-banda l-oħra, Atalanta jinsabu fil-quċċata ta’ dawk is-sostituti li rriżultaw deċiżivi meta l-players li daħħal il-coach Giampiero Gasperini skorjaw 14-il goal b’kollox.

Fit-tieni post ta’ din il-kategorija hemm Parma li s-sostituti tagħhom skorjaw tmien goals filwaqt li Lazio spiċċaw fit-tielet pożizzjoni b’erba’ goals.

Share With: