Atalanta juru interess fi Sven Botman

Atalanta jridu jippruvaw jegħlbu l-isfida ta’ Lille biex jaslu għad-difensur ta’ Heerenveen Sven Botman. Huwa għandu 20 sena u hu proprjetá ta’ Ajax Amsterdam għalkemm bħalissa jinsab fuq bażi ta’ self mal-istess Heerenveen.

Botman jixtieq imur jilgħab fl-Italja partikolarment ma’ Atalanta minħabba li hu ammiratur ta’ dan it-team ferm dinamiku fis-Serie A Taljana.

Sadanittant Botman, li lagħab 16-il darba ma’ Heerenveen u skorja żewġ goals, għadu kemm ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Ajax sas-sena 2023.

Botman lagħab f’kull kategorija tat-team nazzjonali taż-żgħażagħ tal-Olanda u mat-team ta’ taħt l-20 sena hu deher f’żewġ partiti.

Share With: