Atalanta wara Sebastiano Esposito

Atalanta qed jistaqsu aktar dwar l-attakkant ta’ Inter, Sebastiano Esposito, u rapporti minn Bergamo qed jgħidu li huma jixtiequ jiksbu l-firma tiegħu. 

Dan il-player ta’ 17-il sena kien fl-aħbarijiet il-bieraħ filgħodu minħabba li kellu xi jgħid mal-aġent tiegħu u rrifjuta li jiffirma kuntratt professjonali ma’ Inter. 

F’dan l-isfond, Atalanta qegħdin għassa ta’ dan kollu u se jippruvaw joffrulu kuntratt attraenti sabiex jingħaqad magħhom. 

Minkejja kollox, Inter mhux se jħallu player li tela’ mill-akkademja tagħhom jitlaq għal xejn b’xejn u għalhekk se jippruvaw jipperswaduh jiffirma magħhom anke għall-istaġun li ġej.

Esposito seraq ix-xena f’Diċembru li għadda meta sab ix-xibka fir-rebħa li Inter għamlu fuq Genoa bl-iskor ta’ 4-0. 

Share With: