Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ … Ma jirtirax dak li qal

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi nstab ħati ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat.

Ħabbar dan l-Ispeaker Anġlu Farrugia hekk kif qabbel id-diskors ta’ Azzopardi mar-regoli tal-parlament u kif dan l-istess diskors kien imur lil hinn min diskors ta’ djalogu.

Kien għalhekk li stieden lil Jason Azzopardi jirtira d-diskors tiegħu li kien jgħid  li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien jaf li se tinqatel Daphne Caruana Galizia u kien għalhekk li sejjaħ elezzjoni bikrija fl-2017. 

Id-Deputat Nazzjonalista wieġeb li mhux se jirtira dak id-diskors u b’hekk il-każ se jkun qed jitressaq quddiem il-kumitat tal-privileġġi.

Share With: