Bdil bejn Miralem Pjanic u Arthur?
Id-direttur sportiv ta’ Juventus Fabio Paratici ikkonferma li għaddejjin negozjati ma’ Barcelona biex ikun hemm bdil bejn il-player tagħhom Miralem Pjanic u dak tal-Katalani Arthur Melo.
Minkejja kollox Paratici ammetta li ż-żewġ players iridu jkunu konvinti mill-pass li jagħmlu sabiex ikunu jistgħu jibdew avventura ġdida matul l-istaġun li ġej.
Diversi mezzi tax-xandir kemm Taljani kif ukoll Spanjoli kkonfermaw dawn in-negozjati għalkemm ħarġu l-aħbar li Arthur ma tantx jidher ħerqan li jħalli Camp Nou.
Paratici qal li n-negozjati se jkollhom jieqfu xi ftit għalissa minħabba li l-kampjonati rispettivi għadhom għaddejjin u jridu jaslu fi tmiem.
Minkejja kollox id-direttur sportiv Juventin mhux jaqta’ qalbu dwar din it-trattativa.