BNF jinstalla Express Deposit Machines fil-fergħat ta’ Ħal Qormi u San Ġwann

Bil-għan li nsaħħu l-firxa ta’ servizzi li noffru, għal esperjenza bankarja iktar faċli u konvenjenti, bi pjaċir inħabbru lill-klijenti tagħna li Express Deposit Machines ġodda, issa huma disponibbli għall-użu tal-klijenti, 24/7, fil-fergħat ta’ San Ġwann (189, Triq in-Naxxar) u Ħal Qormi (PAVI Shopping Complex, Triq Manuel Dimech).  Il-klijenti jistgħu jiddepożitaw flus u ċekkijiet f’kull ħin tal-ġurnata b’effiċjenza u sigurta’.

L-Express Deposit Machines jnaqqsu b’mod drastiku stennija fil-kju u l-ħin meħud biex tiddepożita, biex b’hekk ngħinu lill-klijenti jaqdu l-ħtiġijiet tan-negozju tagħhom.

Aktar informazzjoni tinsab fuq www.bnf.bank

Share With: