Bosta jsellmu lil George Floyd… se jkun qiegħed jindifen maġenb ommu

Bdiet it-tħejjija għall-funeral ta’ George Floyd, il-persuna li bil-mewt tiegħu waqt li kien qiegħed jinżamm mill-pulizija ħoloq rabja madwar id-dinja.

It-tebut tiegħu se jkun qiegħed jinġarr minn fejn kien qiegħed jiġi muri lill-pubbliku biex jittieħed għad-difna maġenb ommu.

Floyd miet f’Minneapolis x-xahar li għada meta uffiċjal tal-pulizija żamm rkopptu fuq għonqu għal madwar disa’ minuti. Il-minuti aħħarin ta’ ħajtu nxterdu ftit ħin wara permezz ta’ filmat li nxtered fuq il-midja soċjali.

Share With: