Ciro Immobile ma’ Lazio sas-sena 2025

L-attakkant internazzjonali Taljan, Ciro Immobile, ftiehem ma’ Lazio li jġedded il-kuntratt magħhom sas-sena 2025. B’hekk il-plejer ta’ 30 sena, li hu wkoll l-aqwa skorer tal-kampjonat Taljan preżentement se jkun qed jaqla’ €4 miljun kull staġun flimkien ukoll ma’ xi bonuses.

Immobile spikka sew mal-Biancocelesti kemm ilu li ngħaqad magħhom mingħand Sevilla fis-sena 2016 fejn skorja 116-l goal f’167 partita. Huwa se jkun qed dan jagħmel fil-belt kapitali Taljana sa ma jagħlaq 35 sena.

Matul dan l-istaġun l-eks attakkant ta’ Torino skorja 30 goal fi 33 dehra staġjonali.

Share With: