CSN titlob għal inkjesta ġdida fil-każ Egrant

Is-Civil Society Network qed titlob li tinfetaħ mill-ġdid inkjesta fil-każ tal-Egrant. Filwaqt li qalet li l-inkjesta, li l-konklużjonijiet prinċipali tagħha ġew ippubblikati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali nhar it-22 ta’ Lulju 2018, qatt ma laħqet it-tir tagħha, CSN qed tisħaq li dubji serji fl-integrità tal-eks-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar għandu jwassal biex terġa’ tinfetaħ mill-ġdid l-inkjesta.

Cutajar qed jiġi investigat talli allegatament għadda informazzjoni lil Melvin Theuma, l-allegat middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

CSN qalet li l-inkjesta l-ġdida għandha tkun usa fl-iskop tagħha u għandha terġa’ ssir mingħajr l-possibbiltà tal-influenza ta’ min kien qiegħed jiġi investigat.

Share With: