Daniele De Rossi ried ikun coach ta’ River Plate

L-ex difensur ta’ Roma, Guillermo Burdisso, żvela kif Daniele de Rossi ried ikun il-coach ta’ Boca Juniors meta ddeċieda li jdendel iż-żarbun tal-football.

Burdisso u De Rossi kienu kollegi ma’ Roma waqt l-istaġun 2010-11 għalkemm matul l-istaġun li għadda kienu rivali ta’ xulxin mat-timijiet rispettivi tagħhom.

Minn dak iż-żmien  l-ex midfielder internazzjonali Taljan irritorna lura f’pajjiżu u rtira mill-football milgħub għalkemm Burdisso qal li l-ex kollega tiegħu kellu aktar x’jagħti lill-futbol inġenerali.

Burdisso sostna li De Rossi kellu l-isfortuna li jweġġa’ u għalhekk ma setax ikompli jilgħab il-logħba tant favorita tiegħu.

Meta ltaqa’ miegħu, De Rossi ammetta li xtaq jikkowċja lil Boca Juniors iżda kien jaf li dan kollu ma kienx se jkun faċli.

De Rossi lagħab biss ħames partiti ma’ Boca Juniors matul l-istaġun li għadda iżda mbagħad kellu jieqaf minħabba injury.

Share With: