David Ospina: jibqa’ jew ma jibqax ma’ Napoli?

Il-goalkeeper, David Ospina, għandu dilemma kbir hekk kif għadu ma jafx jagħtix ċans ftit taż-żmien ieħor mal-club tiegħu Napoli jew inkella jiċċaqlaq għal avventura ġdida. Dan kollu fi sfond li l-goalkeeper ta’ 31 sena tilef postu mal-Partenopei minħabba li Alex Meret qed jilgħab b’mod aktar regolari.

Minkejja kollox, rapporti minn Napoli qalu li l-coach ta’ Napoli, Gennaro Gattuso, kellem lil Ospina u ħajru sabiex jibqa’ magħhom anke għall-istaġun li ġej. Dan kollu qawwa qalb il-goalkeeper veteran li qed jaħsibha f’dan ir-rigward filwaqt li jwarrab l-interess li għandhom Roma għalih.

Sadanittant Ospina mistenni jibda fl-ewwel 11 ta’ Gattuso fil-logħba li għandhom Napoli kontra Inter mit-tieni leg tas-semi-finali tal-Coppa Italia.

Share With: