Davor Filipovic huwa l-coach il-ġdid ta’ Mosta

Wara li ma ġeddewx il-kuntratt tal-coach Mark Miller, se jagħtu l-kariga lill-Kroat Davor Filipovic biex imexxi lit-team għall-istaġun li ġej.

Żgur li dan il-coach ta’ 50 sena m’għandux bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-logħba domestika hekk kif fis-snin 90 huwa lagħab darbtejn ma’ Sliema Wanderers.

Wara li għamel id-debutt nhar l-10 ta’ Novembru, 1991, fir-rebħa ta’ 7-1 fuq St Andrew’s, fejn anke kien fetaħ l-iskor wara ħames minuti, huwa lagħab 13-il partita li fihom skorja ħames goals.

Imbagħad fl-istaġun 1998/99 lagħab seba’ partiti magħhom.

Minkejja li din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu bħala coach fil-Kampjonat Premier, huwa diġá ħadem f’Malta meta f’Novembru 2019 huwa kien maħtur bħala l-head coach tan-nursery ta’ Senglea Athletic.

Share With: