“Delia ma kkonvinċinix biex nagħtih l-appoġġ … Se nivvota billi ma nivvutax”

L-eks kandidat tal-PN fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet Salvu Mallia f’ittra miftuħa lill-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li Delia ma kkonvinċihx biex jagħtih l-appoġġ tiegħu. Hu esprima fehmtu u qal li mhux se jkun qiegħed jivvota fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Huwa beda biex jgħid li wara li kkonvinċa ruħu jara l-intervista bejn Adrian Delia u ġurnalista ta’ One news wasal għall-konklużjoni li Malta u l-ġid tal-pajjiż ma daħal imkien fid-diskursata kollha.

Mallia kompla biex jgħid li Delia jaf “iparla u jimmanipula d-diskors”. Huwa għamel referenza għaċ-ċedoli u qal li dawn huma perikolużi u ħżiena għax meta tinvesti tistenna qligħ. 

Huwa qal li wara li għamel analiżi ta’ dak li ra jseħħ f’din il-gżira tul it-68 sena tiegħu, jgħid b’wiċċu minn quddiem li skontu, “l-aħjar fost l-agħar għalija huwa l-PN”.

Mallia fakkar li snin ilu kien qal li biex forsi il-partiti ma jibqgħux “narċiżisti kif inhuma”, il-poplu jinħtieġ li jagħtihom dahru u ma jivvutax. Hu temm jgħid li milli jidher dan iż-żmien ikrah għad-demokrazija vera wasal.

Share With: