Diego Lopez fiduċjuż fuq Brescia
Wara d-draw ta’ 1-1 li Brescia kellhom kontra Fiorentina jumejn ilu, tkellem il-coach Diego Lopez li deher fiduċjuż wara l-wirja tajba li taw il-players tiegħu.
Kienet wirja mill-aqwa speċjalment fl-ewwel taqsima hekk kif Le Rondinelle bdew itellgħu kontrattakki perikolużi li għall-inqas wieħed minnhom issarraf f’goal ta’ Alfredo Donnarumma li sab ix-xibka wara 17-il minuta logħob.
Lopez żvela li l-player kontroversjali tagħhom, Mario Balotelli, jista’ jerġa’ jibda jitħarreġ magħhom wara xi battibekki li nqalgħu fil-bidu ta’ dan ix-xahar.
Saħansitra Lopez kien pożittiv dwar iċ-ċansijiet tat-team tiegħu li jsalvaw speċjalment jekk juru logħob bħal dak li wrew fi Stadio Artemio Franchi.
Brescia jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika meta għandhom 17-il punt minn 27 partita. Huma jinsabu tmien punti bogħod mit-tielet team mill-aħħar.