Diversi immigranti arrestati wara rvellijiet fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far

Il-Pulizija arrestat numru ta’ persuni li kienu qed jinżammu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far wara rvellijiet li nqalgħu bl-immigranti jitolbu għall-ħelsien.

L-irvellijiet seħħew għall-ħabta tal-11.15 a.m., bl-immigranti jagħmlu ħsarat lil uħud miż-żoni fiċ-ċentru.

Fuq il-post marru numru ta’ uffiċjali mis-sezzjoni tal-immigrazzjoni, taqsima tal-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet u membri tal-RIU. Fuq il-post mar ukoll tim mediku.

Il-Pulizija sussegwentement arrestat lil diversi immigranti li kienu involuti fl-irvellijiet, b’dawn mistennijin li jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Share With: