Divorzju bejn Giovanni Tedesco u Valletta

Il-coach Taljan ta’ Valletta FC, Giovanni Tedesco, se jkun qed iħalli lill-club b’effett immedjat.

Jidher, li s-sitwazzjoni kienet ilha tmur lura għal dawn l-aħħar jiem, hekk kif Tedesco xtaq idaħħal miegħu l-istaff tekniku tal-għażla tiegħu. Speċifikament din l-għażla kienet dwar physical trainer hekk kif il-coach Taljan ried li jkollu wieħed tal-għażla tiegħu iżda minflok il-Lilywhites kienu diġá laħqu ftehim ma’ ieħor – iż-żagħżugħ Karl Sciortino li fadallu sena oħra kuntratt mal-Beltin – u ma riedux imorru lura minn din id-deċiżjoni bil-konsegwenza li ż-żewġ partijiet laħqu ftehim li jinfirdu.

Jidher li l-ex player ta’ Perugia, Palermo u Fiorentina fost l-oħrajn ma kienx kuntent lanqas li fl-aħħar jiem ittieħdu deċiżjonijiet dwar membri oħra tal-istaff tekniku li, skond hu, iddaħħlu mal-club u li hu stqarr li ma kienx konsultat dwarhom.

Share With: