Elseid Hysaj jista’ jibqa’ ma’ Napoli

Id-difensur internazzjonali Albaniż, Elseid Hysaj, donnu li qed jaħsibha jekk jitlaqx lil Napoli jew le. Dan il-player ta’ 26 sena ilu għal dawn l-aħħar xhur ikellem lill-aġent tiegħu biex isiblu club ieħor ma’ min jilgħab fl-istaġun li ġej iżda wara r-rebħ tal-Coppa Italia u l-bidla tal-coach minn Carlo Ancelotti għal Gennaro Gattuso taf tikkontribwixxi biex huwa jibqa’ jilgħab fi Stadio San Paolo.

Hysaj qal li l-ex coach ta’ Pisa u Milan kien kapaċi jgħaqqad il-grupp u ma kienx mistenni li l-players jgħannqu lill-captain tagħhom li qed imexxihom fit-triq tas-suċċess.

Sadanittant Gattuso qed jaħdem biex żewġ players Partenopei, jiġifieri, Giovanni Di Lorenzo u Mario Rui iġeddu l-kuntratti rispettivi tagħhom u jkomplu l-karriera tiegħu fil-belt tan-naħa t’isfel tal-Italja.

Hysaj temm jgħid Gattuso għandu l-kariżma kollha biex ikun coach ideali.

Share With: