Enrico Preziosi fiduċjuż fuq Genoa
Il-president ta’ Genoa, Enrico Preziosi, jinsab fiduċjuż li kemm it-team tiegħu kif ukoll Sampdoria jirnexxielhom isalvaw posthom fis-Serie A.
Fil-veritá bħalissa għaddejja diskussjoni bejn il-membri tal-Federazione Italiana Gioco Calcio sabiex għal staġun wieħed biss, il-kwistjoni tar-relegazzjoni tiġi ffriżata u l-ebda tim ma jaqa’ għas-Serie B.
Madankollu Preziosi qal li mhux se joqogħdu fuq din is-sitwazzjoni iżda se jagħmlu minn kollox sabiex isalvaw posthom fl-ogħla diviżjoni Taljana.
Preziosi qal li huwa kien wieħed minn dawk li ħarġu b’din il-proposta għalkemm deher jaqta’ qalbu minn din il-possibbiltá.
Finalment il-president tal-Grifone huwa fiduċjuż li wara l-waqfa sfurzata l-players li jmexxi se jqumu għall-okkażjoni u jirnexxielhom jilħqu l-objettivi staġjonali tagħhom.