Enrico Preziosi jikkritika l-ħinijiet kmieni tal-logħob tas-Serie A

Il-president ta’ Genoa, Enrico Preziosi, jinsab xi ftit inkwetat bil-ħinijiet tal-logħob li fih se jkunu qed jintlagħbu l-partiti tas-Serie A hekk kif ninsabu ftit ġranet bogħod mill-istaġun tas-sajf.

Jidher li l-ewwel logħba li mistennija tintlagħab hi dik tal-5.15 pm li għal Preziosi hu kmieni wisq minħabba li x-xemx tkun ikkargat sew.

“Li tilgħab partiti fil-5.15 pm xejn m’hu faċli speċjalment meta t-temperaturi se jkunu qed jitilgħu f’dan iż-żmien tas-sena. Huwa qal li jinsab konxju li hemm diversi interessi televiżivi li jridu jiġu onorati iżda f’dan l-istadju importanti li tiġi assigurata saħħet il-plejers.

Preziosi sostna li jixtieq li bil-mod il-mod tiġi rilaxxata miżura oħra li xi partitarji jidħlu jagħtu s-sapport lit-team tagħhom. Eżempju ta’ dan huwa Stadio Luigi Ferraris li jesa’ 35,000 spettattur u li fih jistgħu għallinqas jidħlu 7,000 minnhom li jiġu mferrxin ‘l hemm u ‘l hawn.

Share With: