Erba’ clubs Taljani jfallu mil-liċenzja tal-UEFA

L-Assoċjazzjoni tal-Football Ewropea, il-UEFA għadha kemm ħarġet il-liċenzji lil 16 mill-20 club li jiffurmaw is-Serie A ta’ dan l-istaġun. Dawn il-liċenzji huma importanti biex min jikkwalifika għall-kompetizzjonijiet fi ħdanha, jkollu l-permess jilgħab f’dawn il-logħbiet li jħallu introjtu kbir fil-finanzi tal-clubs.

Minn 20 team li jiffurmaw l-ogħla kampjonat Taljan kienu biss Brescia, Spal, Lecce u Genoa li fallew milli jikkonvinċu lill-awtoritajiet tal-UEFA. 

Hekk kif il-ground il-ġdid ta’ Atalanta għaddej b’xi xogħlijiet, dawn tal-aħħar għażlu l-Mapei Stadium ta’ Sassuolo biex jilagħbu l-logħbiet tagħhom f’darhom ladarba jikkwalifikaw għal xi kompetizzjoni Ewropea.

Mill-banda l-oħra, Cagliari irreġistraw id-Dacia Arena ta’ Udine jekk isibu posthom fil-UEFA Europa League. 

Kif mistenni clubs kbar bħal Inter, Juventus, Roma, Milan u Lazio ftit sabu diffikultá biex jissodisfaw il-kriterji tal-UEFA.

Share With: