Everton v Liverpool se tintlagħab f’Goodison Park

Id-derby ta’ Merseyside, bejn Everton u Liverpool, ingħata d-dawl l-aħdar biex jintlagħab f’Goodison Park, filwaqt li r-Reds se jilagħbu l-logħbiet tagħhom “home” f’Anfield, hekk kif jitkompla l-Premier League aktar tard f’dan ix-xahar.

Bħalissa Liverpool jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, b’vantaġġ komdu ta’ 25 punt fuq Manchester City.

Kien qed jingħad li dan id-derby kien se jintlagaħb fil-ground ta’ Southampton, jiġifieri, f’St Mary’s Stadium. Iżda l-grupp konsultattiv dwar is-sigurtá tal-belt ta’ Liverpool, irrakkomanda li din il-partita tista’ tintlagħab mingħajr periklu ta’ xejn hekk kif se ssir bil-bibien magħluqa.

“Ninsabu fiduċjużi li l-partitarji ta’ dawn iż-żewġ clubs il-kbar jirrispettaw il-pariri dwar is-sikurezza u kif jiġu evitati gruppi kbar ta’ nies fit-toroq,” qalet dikjarazzjoni konġunta mill-Blue Union u Spirit of Shankly.

Share With: