Fabio Cannavaro jfaħħar lil Gianluigi Buffon

L-ex difensur internazzjonali Taljan, Fabio Cannavaro, faħħar lill-eks kollega tiegħu ma’ Juventus u mat-team nazzjonali Taljan, Gianluigi Buffon, għall-professjonalitá li juri kull meta jilgħab minkejja li għandu 42 sena.

Il-goalkeeper veteran Taljan qed jipprova jilħaq ir-rekord ta’ Roberto Mancini li rebaħ sitt darbiet il-Coppa Italia.

Cannavaro qal li jasal mument li jkollok tieqaf mill-football u dan kollu huwa ferm diffiċli. Minkejja kollox, Buffon ma jridx jieqaf għalissa u jekk għadu jħossu tajjeb fiżikament sewwa jagħmel li jibqa’ jilgħab fl-aqwa livelli.

Share With: