Fabio Capello jikkritika l-għażliet ta’ Maurizio Sarri

L-eks coach ta’ AC Milan, Real Madrid u Juventus fost l-oħrajn, Fabio Capello, ikkritika bl-aħrax l-għażliet li għamel il-coach ta’ Juventus, Maurizio Sarri, fil-finali tal-Coppa Itaalia mitlufa kontra Napoli bl-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 4-2.

L-ewwel li kkritika l-coach veteran Taljan huwa proprju l-ordni kif ingħataw il-penalties. Skon Cappello, il-coach Juventin ma għażilx il-players sew kif kellhom jagħtu l-penalties wara xulxin.

Apparti minn hekk, Capello qal li l-istrateġija ta’ Sarri hija magħrufa għax it-team qed jilgħab wisq għal Ronaldo u meta dan ma jibbrillax, il-players l-oħra bħal donnhom jinfixlu.

Capello qal li ma jistax ikun li Juventus jagħmlu żewġ logħbiet mingħajr ma jiskorjaw goal u dan il-fattur xejn ma jawgura tajjeb għall-kumplament tal-istaġun.

Share With: