Fabio Quagliarella se jitlef il-logħba kontra Inter
Jidher li f’dawn l-ewwel ġranet ta’ taħriġ wara l-lockdown fl-Italja qed jirriżultaw f’diversi injuries għall-players li kienu ilhom kważi tliet xhur weqfin mil-logħob.
L-attakkant veteran ta’ Sampdoria, Fabio Quagliarella, żdied mal-lista diġá twila ta’ players imweġġgħin hekk kif se jkollu jitlef il-konfront tal-Ħadd li l-Blucerchiati għandhom kontra Inter.
Hu weġġa’ l-pexxul waqt logħba bejn il-players fis-sessjoni ta’ taħriġ li ħejja l-coacg Claudio Ranieri. Dan ammetta li ma xtaqx jirriskjah għal-logħbiet aktar importanti li għandhom fil-ġimgħat li ġejjin.
Ranieri qal li l-player deher li ma ħassux komdu jerġa’ jibda s-sessjonijiet ta’ taħriġ meta anke aktar qabel ma ħassux fiżikament tajjeb.