Felipe Caicedo – Ninsabu bil-għatx għall-unuri

L-attakkant mill-Ekwador, Felipe Caicedo, insista li Lazio jinsabu bil-għatx għall-unuri u fuq kollox ikkargati wara r-rebħa drammatika li kisbu kontra Fiorentina bl-iskor ta’ 2-1.

Din ir-rebħa kienet tiswa mitqlu deheb għat-team immexxi minn Simone Inzaghi li ġie wara goal minn taħt ta’ Franck Ribery sabiex skorja żewġ goals permezz ta’ Ciro Immobile u Luis Alberto. Dawn it-tliet punti ħallew lil Bianocelesti erba’ punti bogħod mil-leaders Juventus. 

Caicedo qal li t-team kellu reazzjoni tajba wara u fit-tieni taqsima ħareġ determinat li jikseb ir-riżultat.

L-attakkant Sudamerikan ta’ 31 sena qal li jinsab kuntent mat-team mill-belt kapitali Taljana u se jipprova jgħin sabiex jirbħu l-kampjonat ta’ din is-sena.

Share With: