Filippo Inzaghi jrid jilħaq rekord ma’ Benevento

Il-coach ta’ Benevento Calcio, Filippo Inzaghi, irid jilħaq ir-rekord ta’ Didier Deschamps meta kien coach ta’ Juventus fis-Serie B fl-istaġun 2006/07. Dan il-club kien laħaq rekord ta’ 85 punt miksuba fit-tieni kategorija tal-football Taljan meta ġew relegati minħabba Calciopoli.

Benevento bħalissa jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tas-Serie B meta kisbu 69 punt minn 28 partita. Huma għandhom 20 punt vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom Crotone u jinsabu pass biss bogħod mill-promozzjoni.

Rekord ieħor li Inzaghi jixtieq jikseb huwa r-rekord ta’ 10 rebħiet konsekuttivi li kellhom Torino lura għall-istaġun 2000/01.

Inzaghi qal li jinsab ferm kuntent ma’ dan it-team u jixtieq affarijiet kbar magħhom fis-Serie A.

Share With: