[FILMAT] Għandhom tassew għalxiex iħossuhom ixxurtjati li baqgħu ħajjin!

Żewġ persuni għandhom tassew iħossuhom ixxurtjati li għadhom ħajjin wara li l-karozza li kienu fiha litteralment sfat mgħaffġa f’inċident ma’ żewġ trakkijiet fiċ-Ċina.

Filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali juri lill-vettura tintlaqat minn trakk, bil-konsegwenza li tibqa’ dieħla fi trakk ieħor li kien hemm quddiemha. Madankollu l-karozza sfat mgħaffġa wara li qalgħet daqqa oħra fuq wara mill-ewwel trakk.

Il-midja lokali qed tirrapporta li fil-mument tal-inċident li seħħ fil-provinċja ta’ Fujian apparti s-sewwieq kien hemm ukoll passiġġier.

Fuq il-post marru immedjatament tim mediku u ħaddiema tat-tifi tan-nar biex ikunu jistgħu joħorġu lill-vittmi mill-karozza.

Is-sewwieq u l-passiġġier kienu rapportati li sofrew xi ġrieħi, madankollu kienu jinsabu f’qagħda stabbli.

Share With: