Belt Valletta

Fl-aħħar tax-xahar se jiġu revokati l-aħħar restrizzjonijiet

Mit-Tlieta 30 ta’ Ġunju, se jiġu revokati l-aħħar restrizzjonijiet fosthom l-ordni dwar dikjarazzjoni ta’ Emerġenza tas-Saħħa Pubblika.

F’avviż legali numru 243 maħruġ fl-aħħar sigħat, il-Ministru għas-Saħħa u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika rrevokaw numru ta’ restrizzjonijiet li kien għad fadal wara l-imxija.

Fost dawn hemm ukoll il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel u t-tneħħija tal-limitazzjoni ta’ 75 persuni li jistgħu jikkongregaw.

L-għada li jiġu revokati dawn ir-restrizzjonijiet se jiftaħ ukoll l-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal numru ta’ destinazzjonijiet sakemm ħmistax wara dan jiftaħ għall-bqija tad-destinazzjonijiet.

Share With: