Floriana jħabbru l-akkwist ta’ Nicola Leone

Floriana ħabbru l-akkwist ta’ Nicola Leone mingħand Hamrun Spartans.

Huwa għandu 27 sena u twieled f’Castellamare di Stabia fl-Italja. Qabel lagħab mal-Ispartans, Nicola Leone, lagħab ma’ diversi clubs Taljani fosthom Gladiator 1924, Arzanese Calcio, ASD Fondi Calcio, ASD Battipagliese, ASD Citta di Gragnano, SSD Citta di Campobasso, SC Caronnese, Turris Calcio u Frattese Calcio.

Matul l-ewwel staġun tiegħu fil-Kampjonat Premier, Leone, kellu wirjiet mill-aktar impressjonanti, fejn huwa kien element ferm importanti fl-iskwadra tal-Ispartans.

Huwa midfielder b’intuwizzjoni kbira għall-goal, u fl-istaġun li għadda lagħab 22 partita, skorja erba’ goals u pproduċa assist fil-kompetizzjonijiet kollha.

Share With: