Floriana jiffirmaw lil Flavio Cheveresan

Floriana għamlu l-ewwel akkwist għall-istaġun 2020/21 meta ffirmaw lill-midfielder offensiv, Flavio dos Santos da Silva Cheveresan. Ironikament, dan il-player Brażiljan ta’ 31 sena kien ingħata prova minn Floriana fil-bidu tal-istaġun iżda spiċċa jilgħab ma’ Sirens … fejn kien wieħed mill-aktar players li spikkaw fost it-347 li lagħbu fl-ogħla diviżjoni.  

Bla dubju, dan kien akkwist kbir għall-Greens li fil-veritá d-destinazzjoni tiegħu kienet kważi lesta ma’ wieħed mill-clubs ewlenin tal-Kampjonat Premier … iżda finalment għażel liċ-champions renjanti.

Cheveresan kien strumentali għall-kwalifikazzjoni storika li Sirens kisbu fil-UEFA Europa League.

Fil-kampjonat, huwa ddebutta fit-23 ta’ Awwissu, 2019, fid-draw ta’ 1-1 kontra Senglea Athletic. B’kollox huwa lagħab 17-il partita, b’ħin effettwat ta’ 1530 minuta u skorja ħames goals – Hibernians Stadium (1) u Centenary Stadium (4).

Fatt interessanti huwa li kull darba li skorja, il-Pawlini dejjem ħarġu rebbieħa.

Ir-rekord personali huwa ta’ disa’ rebħiet, erba’ draws u erba’ telfiet. Barra minn hekk huwa qatt ma ġie sostitwit. Finalment huwa ntwera sitt karti sofor.

Share With: