Floyd Hasselbaink jikkritika l-metodi tattiċi ta’ Claudio Ranieri

L-ex attakkant ta’ Chelsea Jimmy Floyd Hasselbaink tkellem fuq it-tmexxija teknika tal-coach veteran, Claudio Ranieri. Dak iż-żmien Hasselbaink kien wieħed mill-players importanti ma’ Chelsea b’Ranieri li għamel erba’ snin fi Stamford Bridge.

Hasselbaink qal li Ranieri huwa bniedem umli u mill-aħjar iżda sab il-ħin li jikkritika l-metodi tattiċi tiegħu li xi kultant kienu xi ftit konfużi. Hu qal li f’ġurnata kien jilgħab b’metodu filwaqt li f’oħra kien ikollu stil differenti ta’ taħriġ. Huwa ammetta li kien hemm żmien fejn il-players ma setgħux jifhmu tal-metodi tiegħu.

Ranieri min-naħa tiegħu kien jgħidilhom li bħala players tajbin, huma jridu jaddattaw għal dawn l-iskemi jekk verament riedu jirnexxu fil-karriera tagħhom.

Hasselbaink lagħab erba’ snin mal-Blues bejn l-2000 u l-2004 fejn deher 136 darba u skorja 69 goal.

Share With: