Formula 1: It-tliet GPs tal-Ġappun, Singapore u Azerbaijan jiġu kkanċellati

It-tliet Grand Prix, dawk tal-Ġappun, Singapore u tal-Azerbaijan, ġew ikkanċellati minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Il-Federazzjoni tal-Formula Wieħed ippruvat issib mod kif torganizza t-tiġrijiet fl-2020 iżda ħabbret nhar il-Ġimgħa li ma kienx possibbli fis-sitwazzjoni preżenti li hija waħda inċerta.

L-avveniment storiku f’Suzuka huwa sospiż bħala riżultat tal-projbizzjoni tal-Ġappun fuq il-vjaġġi internazzjonali.

It-tiġrijiet f’Singapore u Baku ma jistgħux isiru minħabba li ċ-ċirkwiti fit-toroq ma jistgħux jinbnew fil-klima kurrenti.

Il-kanċellazzjonijiet ifissru li l-Formula Wieħed tilfet tliet tiġrijiet ewlenin minħabba l-kriżi tal-Covid-19 li diġà sostniet it-tellieqa tal-ftuħ tal-istaġun fl-Awstralja se tkun skond kif skedata.

Il-Ġappun u Singapore huma tnejn mill-iktar tiġrijiet prestiġjużi u popolari fil-kalendarju.

It-trakka ta’ Suzuka tinħass sew mas-sewwieqa u mal-partitarji bħala waħda mill-aktar sfidi ewlenin filwaqt li dik ta’ Singapore, li ssir taħt id-dawl artifiċjali, hija test mentali u fiżiku  ta’ reżistenza minħabba l-kondizzjonijiet sħan u umdi.

Share With: